| Messagg mill-President |
| Sunday, 20 January 2008 15:10 |
|
Stagun 2007-2008
Il-50 Stagun ta’ Nadur Youngsters - It-Raba Harga
Wasalna Nofs Triq
Żgur li fil-bidu ta' l-istaġun, ħadd ma kien jobsor kif kien se jiżvolġi l-istaġun 2007-2008. Huwa minnu li wara l-istaġun 2006-2007, kulħadd kien qed ipoġġi lil Nadur Youngsters bħala l-favoriti netti, iżda ħadd ma kien jimmaġina li t-tiġrija għal kampjonat ser tispiċċa f’nofs triq. Dan mertu għall-Players, Coach u Kumitat ħabrieki, li b’dedikazzjoni, ħsieb u organiżżazzjoni qegħdin f’pożizzjoni li, nażżarda ngħid, il-vapur ġa qarrabniħ il-port. Fadal biss li nankrawħ. Pero xorta jibqa l-fatt li rridu nkomplu nissieltu u nuru l-maturita kbira li wrejna sa issa, anke meta forsi ir-riħ jibda jonfoħ kontrina. Preżentament nħoss, li l-akbar għadu tagħna nistgħu nkunu aħna stess. Dan wara 7 rebħiet infila u draw, ma rridux nibdew nerħu r-riedni minn idejna u nibdew niżolqu. Bit-team li għandna kapaċi nerġgħu ngħamlu rimonta oħra qawwija. Iddejjaqni meta nisma lil xi wħud jgħidu li ġa ‘Sirna Champions’. Insiru Champions meta ħadd aktar ma jkun jista jilħaqna. L-Awgurju tiegħi hu li nkomplu nuru l-istess ħeġġa w entużjażżmu, nkomplu nirbħu, u nħallu lil ħaddieħor jiġġieled mar-relegation. Nadur Youngsters vs Victoria Hotspurs
Logħba ferm IMPORTANTI tal-Kampjonat ser tkun dik ta’ nhar il-Ħadd, 27 ta’ Jannar. Logħba li tista tkun waħda deċisiva. Dan għal fatt li Nadur jinsabu fl-ewwel post, bi 22 punt, 4 punti fuq Victoria Hotspurs, bil-Youngsters lagħbu wkoll partita anqas. Rebħa għall-Nadur tkun tfisser li r-rebħ tal-Kampjonat ikun aktar qrib, filwaqt li rebħa għar-‘Red Devils’ terġa tiftaħ tamiet ġodda għat-team Rabti. Logħba li għalija qed nistieden lil Partitarji tagħna biex jinżlu armati kif jafu huma f’okkażżjonijiet bħal dawn. Il-Logħbiet tal-Youngsters kontra l-Hotspurs dejjem żvolġew f’logħbiet interessanti u dejjem intlagħbu bi spirtu sportiv, imma kumbattut. Nawguraw li din ma tkunx eċċezzjoni. Wieħed irid jgħid li ma l-istess Hotspurs nerġgħu niltaqgħu nhar il-31 ta’ Marzu għall-Final tat-Tazza ‘Jum il-Ħelsien’
Simoncic lura mill-Istati Uniti Aleksandar Simoncic reġa rritorna lura, wara l-esperjenza qasira li kellu ġewwa New York. Huwa ngħata kuntratt għall sentejn u nofs. Simoncic reġa ddebutta fit-team tal-Youngsters fid-drawta’ 3 – 3 kontra Sannat Lions, meta daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima. Huwa kien strumentali fit-tielet goal meta ta l-free kick preċiż li minnu Jeffrey Meilak poġġa lil Youngsters fil-vantaġġ wara li kienu 2-0 minn taħt. Il-prestazzjoni ta’ Simoncic fir-ritorn tiegħu kienet waħda pożittiva, u dan huwa awgurju tajjeb wara l-injury li sofra fl-istaġun 2006-2007. B’Simoncic lura fl-iskwadra, il-Coach Mario Bonello, żgur li ser ikollu aktar uġiegħ ta’ ras fl-għażla tat-team. Għandna skwadra qawwija fejn ħadd mill-players ma’ għandu postu garantit mal-ewwel ħdax.
Il-Website Uffiċċjali ta’ Nadur Youngsters hija l-paġna li ntom il-membri mħeġġa biex tidħlu fiha, taraw sew x’hemm, tibgħatu kummenti u suġġerimenti sabiex anke hawn inkomplu nsaħħu li għandna. Il-website llum il-ġurnata qed tiġi aġġornata regolarment, grazzi għall-PRO tal-Club, Charlie Grech, li qed jurina dak kollu li jkun għaddej fil-Club tagħna. Charlie ġie wkoll inkariġat biex jikteb l-istorja tal-Club fl-okkazzjoni tal-50 Staġun tal-Youngsters. Nittamaw li t-tieni volum ta’ l-istorja tkun lesta sal-20 ta’ Settembru ta’ din is-sena. Apparti dan, naturalment, hemm il-ħsieb li joħroġ ktejjeb biex ifakkarna fl-istaġun 2007-2008!!
Programm tal-Milied
Fl-okkażżjoni tal-50 Staġun tal-Youngsters, ġie organiżżat programm Speċjali tal-Milied. Programm li biħ pruvajna nolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Kien programm fejn kienu organiżżati ikliet għat tfal kollha tan-Nursery, ikla għal Helpers, kif ukoll l-Ikla Annwali tal-Milied. Din ta’ l-aħħar kienet suċċess kbir fejn fakkritni fiż-żmien is-snin disgħin bil-konkorrenza kbira li kien hemm. Dan huwa ta’ awgurju tajjeb għall-attivitajiet li hemm pjanati għall dan l-istaġun Speċjali. Żgur li ser nibqgħu niftakkru it-tbissima ħelwa tal-Anzjani fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, meta delegazzjonital-Club żaret u qassmet Hampers tal-milied lil kulħadd. Ngħid għalija, dan kien l-isbaħ mumenta ta’ dan il-Milied, fejn rajt lil dawk l-anzjani jifirħu bir-rigal tagħna. Esperjenza oħra sabiħa kienet l-Adorazzjoni li għamel Dun Raymond Portelli fl-okkażżjoni tal-Kwaranturi. Wieħed irid jirringrazzja wkoll lil dawk kollha li attendew għall High Tea tal-Boxing Day. Anke din l-attivita rnexxiet minkejja l-ħafna attivitajiet simili li qed ikunu organizzati minn għaqdiet oħra. Tifmhu li Club bħal ma hu dak ta’ Nadur Youngsters jinħtieġ ħafna fondi, u attivitajiet bħall dawn itaffu ftit mill-ispejjes kurrenti li jkollu l-Club.
Peter Paul Camilleri Ground
Kif konna ħabbarnielkom qabel, ix-xogħol fuq iż-żewġ toilets tal-ground kważi lesti min kollox. Filwaqt li l-Lapida tal-Ground saret fl-entratura prinċipali. Lapida li tfakkar lil Peter Paul Camilleri, li għaliħ issemma l-Ground. Għad jonqos ir-railing tat-taraġ, li qed isir studju biex naraw minn liema materjal ikun l-aħjar li jsir. Għal futur hemm il-ħsieb li ssir Dressing Room u Games Room għan-Nursery. Dan fuq talba tan-Nursery Manager, Joe Portelli. Nittamaw li l-quddiem inkunu nistgħu nibdew dan ix-xogħol.
DVD u CD Speċjali
Fl-Okkażżjoni tal-50 Staġun tal-Youngsters, qed jiġi pjanat li noħorġu DVD u CD speċjali biex nikkommemoraw dan l-istaġun. Preżentament diġa beda xogħol preliminarju fuq DVD,fejn qed naqilbu l-Videos kollha biex b’hekk nieħdu l-aktar mumenti storiċi tal-Club. Nixtieċ nappella biex min għandu xi video jew xi film 8 millimeters, biex ikellem lili, lil Charlie Grech jew xi membru ieħor tal-Kumitat. Hija x-xewqa tagħna li nakkwistaw xi biċċa film min ta’ l-ewwel snin tal-Youngsters. Rigward ic-CD, qed nippjanaw li jkun wieħed professjonali, fejn diġa kellimna lis-Sur Joe Chircop biexjgħinna f’dan ir-rigward. Is-Sur Chircop għandu esperjenza kbira f’dan il-qasam u żgur li bil-għajnuna tigħu noħorġu l-aħjar riżultat possibbli. Is-Sur Chircop qed jaħdem mill-qrib mas-Sur Philip Vella, li żgur ma’ għandux bżonn ebda ntroduzzjoni f’dan il-qasam.
Il-Bottegin tal-Club
Huwa maħsun li wara l-Karnival jibda x-xogħol fuq il-Bottegin tal-Club. Wara li tlestew il-pjanti mill-Perit Karmenu Borg, ġiet inkarigata d-designer Antoinette Busuttil, li flimkien ma S. Spiteri tal-Catmering, ħadmu biex joħorġu l-aħjar riżultat possibbli. Peress li fil-Club ser ikun għaddej ix-xogħol, nixtieq niskużaw ruħna għall xi inkonvenjenza li jista jkun hemm. Il-Barman, flimkien mal-Kumitat qed jaħdmu biex x-xogħol isir fl-iqsar żmien possibbli.
Arma tal-Club
Xi snin ilu kienet nibtet l-idea, li ssir Arma tal-Club biex tikkumplimenta l-Faċċata tal-Każin. Għal xi raġuni din baqgħet qatt ma saret. Din is-sena ser nerġgħu nniedu dan il-proġett u nittamaw li din tkun lesta sal-Imnarja. Il-Kumitat ġa kellem lis-Sur James Azzopardi għad-disinn, filwaqt li x-xogħol ta’ tnaqqix fil-ġebla ser isir minn Chris Camilleri. Dan ser ikun mod ieħor kif ser inkomplu nattrezzaw il-Club.
Donazzjoni ta’ Darba...Qbiżna il-50
Jekk kien hemm dubju tal-Ġenerożita tal-poplu Naduri, żgur li f’din is-sena Speċjali tal-Youngsters, mhux il-każ. Meta ħabbarna din l-iskema tal-50 Lira Donazzjoni, ħafna ħasbu li konna qegħdin naraw kbir, iżda l-poplu Naduri, speċjalment dawk li jħobbu l-football, irrispondew bi ħġarhom. Sa kemm qed nikteb, il-lista tlaħħaq 53 donatur. L-aħħar donaturi huma: Sammy Portelli, Michael Camilleri, Rupert Grech, Kenneth Grech, Peter P. Mercieca, William Vella, Ganna Camilleri, Mr & Mrs Emanuel Bonello u Paul Camilleri. Tgħid jirnexxilna naslu sa 60 Donatur???
Membership
Ħafna kienu dawk li ħallsu l-Membership ta’ din is-sena. Anzi b’sodisgazzjon ngħidu li mill-lista li kellna s-sena li għaddiet, sibna 40 membru ġdid. Danbiuex flimkien mal-membri tas-sena l-oħra u d-donaturi tal-50 Lira, qbiżna l-200 membru. Fadal ftit li għadhom ma ħalsux. Nittamaw li sa l-aħħar ta’ Frar jinġabru kollha, ħalli nkunu nistgħu naġġornaw il-lista tal-membri.
Attivitajiet għal-Frar u Marzu
Nhar it-Tnejn, 4 ta’ frar, ser isir High Tea Speċjali tal-Karnival fi Pjazza San Pietru u San Pawl, Nadur. Fil-High Tea ser ikun hemm kompetizzjoni bil-Kustum għat-tfal min Nadur u oħra għar-residenti Għawdxin. Il-High Tea jibda fl-4.00pm. Infakkarkom li huma dawn l-attivitajiet li jgħinuna ntaffu ftit mill-ispejjeż kbar li jkollna. Importanti li tgħinuna. It-triq tas-suċċess hija bbażata ukoll fuq il-koperazzjoni tagħkom.
Nadur Youngsters vs Valletta F.C.
Il-Kumitat tal-Youngsters għamel Stedina Formali biex fid-19 ta’ Marzu, fil-Gozo Stadium, nilgħabu partita ta’ ħbiberija kontra Valletta F.C., il-leaders Preżenti tal-Premier League. GFl-istess waqt nonoraw lil Eddie Vella, ex player tal-Youngsters u Valletta. Nittamaw li t-team Belti jilqa l-istedina tagħna.
50 Siegħa ta’ Football
Qed nippjanaw li fl-Okkażżjoni tal-50 Staġun tal-Youngsters norganizzaw 50 siegħa ta’ football bla waqfien, bejn it-28 u t-30 ta’ Marzu. Dan ser ikun fil-Peter Paul Camilleri Ground, Nadur. Aktar dettalji fuq dan l-avveniment jitħabbru iktar il-quddiem.
Għeluq
Nittama li l-informazzjoni li wassaltilkom issibuha ta’ mportanza. Nħeġġiġkom biex tkomplu tissapportjawna. Nirringrazzjakom tal-Appoġġ tagħkom, u aħna nwegħdukom li ser inkomplu naħdmu għall-ġid tal-Football u tal-Youngsters fin-Nadur. Grazzi lil Kulħadd
Eucharist Camilleri
President - NYFC
|