| Messagg mill-President |
| Wednesday, 23 April 2008 13:12 |
|
STAGUN 2007 – 2008
IL-50 STAGUN TA’ NADUR YOUNGSTERS
Il-Hames Harga
CHAMPIONS……….ghall-ghaxar darba
Nhar il-Hamis, 17 ta’ April, it-tim ta’ Nadur Youngsters gie nkurunat Champion tal-Gzira Ghawdxija. L-ghaxar darba fl-istorja glorjuza tal-Club. Zgur li din id-data ser titnizzel b’ittri tad-deheb u r-rebh tal-Kampjonat huwa l-qofol tac-celebrazzjonijiet li ser isiru biex infakkru l-50 stagun tal-Youngsters.
Festa Kbira
Nhar il-Hadd, 27 ta’ April qed nistiednu lin-Nadurin kollha, l-Ghawdxin u l-Maltin hbieb taghna biex jinghaqdu maghna ghall-mument storiku meta l-Captain taghna, Anthony Portelli, jerfa t-trofew tac-Champions fil-Gozo Stadium. Nistieden lis-supporters biex jinzlu armati, jilbsu l-kuluri tal-Club, l-abjad u l-iswed u flimkien mal-banda naghmlu briju li nittama ftit raw bhalu l-Ghawdxin qabel.
T-Shirts u CD gdida
Ghal attivita tal-Hadd ser inzanznu CD gdida, kliem ta’ Joe chircop u Muzika ta’ Philip Vella. Din ser tkun ghal bejgh il-Hadd filghodu mill-kazin ghall-prezz ta’ 10 Euro. Sar ukoll T-shirt gdid, fuq disinn ta’ James Azzopardi li ser jinbiegh mill-Kazin mil Gimgha filghaxija ghall-prezz ta’ 10 Euro wkoll. It-T-shirt ghandu jinzamm bhalha tifkira tar-rebh tal-Ghaxar Kampjonat. Kemm T-shirts u kemm CDs godda huma f’numru limitat.
Carcade
Qed nistiednu liz-zghazagh Nadurin biex sa min kmieni filghodu johorgu jduru m’Ghawdex u jdoqqu l-innijiet tal-Youngsters, fejn ghal habta tas-2.30p.m. niltaqghu hdejn il-Kazin u ninzlu flimkien f’carcade ghall-Gozo Stadium. Wara l-loghba nergghu ninghaqdu f’carcade u nitilghu hdejn il-Kazin tal-Youngsters ghall-FESTA KBIRA.
Under 13
Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Under 13 huma c-CHAMPIONS ukoll fil-kategorija taghhom. Ghalhekk dan it-tim ser jigi ppremjat wkoll fil-Gozo Stadium, biex inkomplu nkabbru din il-Festa Nadurija.
Open Day tal-Bottegin
Nahseb li lkoll tafu li x-xoghol fuq il-Bottegin huwa kwazi lest ghalhekk f’dan il-weekend qed naghtukom l-opportunita biex taghtu titwila u taraw b’ghajnejkom ix-xoghol kbir li ghamilna. Grazzi lil Familja Tabone li tawna l-permess biex nkunu nistghu naghmlu din it-tinovazzjoni u lil General Soft Drinks li minghajr l-ghajnuna taghhom ma kienx ikun possibbli. Grazzi wkoll lil kuntratturi kollha tax-xoghol professjonali u fil-pront.
Festi Kbar b’Tifkira
Ic-celebrazzjonijiet tal-Kampjonat ser jinzammu bejn it-8 u it-18 ta’ Mejju. Fosthom jispikkaw il-Kuncert Live, hdejn il-Kazin tal-Football, nhar il-Gimgha 9 ta’ Mejju. Kuncert li ser jiehdu sehem fih Fabrizio Faniello, Miriam Christine Borg, Claudia Faniello, Deborah C, Philip Vella u Sean Vella. Fil-waqt li l-ispecial guest ser tkun Morena qabel tmur tirraprezentana fil-Eurovision Song Contest. Kuncert Live, li ser ikun possibbli gil-ghajnuna tal-Kunsill Lokali, HSBC u General Soft Drinks. Kuncert li ghandu jattendi kulhadd ghalih.
Gala Dinner
Il-Gala Dinner din is-sena ser isir gewwa ta’ Cenc, nhar il-Gimgha, 16 ta’ Mejju. Dak in-nhar ser tkun okkazzjoni fejn niltaqghu u nippremjaw il-benjamini taghna li matul dan l-istagun tant tawna sodisfazzjon. IL-biljetti ser ikunu jiswew 23 Euro ghall-kbar, u 12 Euro ghat-tfal taht 12 il-sena.
Aktar Attivitajiet
Apparti dan ser isiru aktar attivitajiet, fejn aktar ‘l quddiem naghtu l-programm dettaljat. Napprezza li kulhadd jiehu sehem f’dawn l-attivitajiet specjali li se jfakkru l-50 stagun tal-Youngsters u rebh tal-Ghaxar Kampjonat.
L-ahhar kelma
Bhala President inhossni kburi li qieghed parti mill-istorja glorjuza tal-Youngsters, u b’umilta nghid, li dak li hlomna bih fil-bidu ta’ l-istagun u bl-objettivi li ghamilna kwazi lhaqnihom kollha. Dan kien possibbli bil-ghajnuna ta’ kulhadd, u l-istilla li hlomna biha ksibniha ghaliex konna maghqudin u jekk tippermettuli nispicca bil-kliem ta’ Joe Chircop
Ejja nharsu ‘l quddiem u nibqghu maghqudin
Ha nibqghu l-aqwa forza tal-Football fost l-Ghawdxin.
Bhala President inhoss id-dmir tieghi wkoll, biex dawk li jistghu jghinuna b’donazzjoni biex intaffu ftit mill-ispejjez kbar li ghandna.
Grazzi mill-qalb
|