Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor
 
Messagg mill-President 08-09 01
Monday, 22 September 2008 14:46

Staġun 2008-2009

 

Il-51 Staġun ta’ Nadur Youngsters  - 08/09   -1 ħarġa 

 

Fejn Ser Naslu??

 

                Fl-aħħar tlett Staġuni, li fihom bħala Club ta’ Nadur Youngsters, ilħaqna l-objettivi li ħdimna għalihom, fosthom:

 
  • Ir-Rebħa ta’ tlet Kampjonati konsekuttivi biex bihom ukoll ksibna l-iStilla
  • Tlestija ta’ Faċilitajiet Sportivi u Pitch bit-Turf Artifiċċjali fil-Peter Paul Camilleri Ground
  • Rinnovazzjoni tal-Bottegin tal-Club.

 Kienu tlett snin li bihom, flimkien, għandna biex inkunu sodisfatti u kburin.  Issa wasal iż-żmien li jkollna Ħolm Ġdid, Objettivi Ġodda u fuq kollox Motivazzjoni Ġdida.  Dawn huma it-tlett punti li nemmen li KULL membru ta’ Soċjeta għandu jkollu jekk verament ikun irid il-ġid tas-soċjeta li jkun membru tagħha.  

 

Mumenti Diffiċċli               

 

                Wara li spiċċaw il-festi tal-50 Anniversarju tal-Youngsters bdejna insibu ħafna problemi li ġeneralment huma normali,  u li kull soċjeta f’xi żmien jew ieħor tgħaddi minnhom.  Żmien illi kieku ma kienx hemm l-għaqal, seta’ jkisser dak kollhu  li bnejna fl-aħħar snin.  Diżgwid bejn il-membri tal-Kumitat, players li ma qablux ma ċerti deċizzjonijiet, kultant iebsa, li ttieħdu għal ġid tal-Club.  Iddiskutejna fit-tul u wara ħafna qtiegħ il-qalb, b’maturita ħadna dawk id-deċiżjoniiet li l-ewwel u qabel kollox huma fl-aħjar interess tal-Club.  It-tlett punti prinċipali fil-programm li fassal il-Kumitat għal dan l-istaġun huma:

  • Insaħħu l-Finanzi tal-Club
  • Nibnu team  b’Talent Naduri
  • Għaqda u Dixxiplina li tissarraf f’aktar rebħ ta’ Unuri

  

Insaħħu l-Finanzi tal-Club               

 

               Waħda mill-prijoritajiet li għandu l-Club hija li joħroġ miż-żona l-ħamra.  Hu ta’ sodisfazzjon li fl-aħħar staġuni mxejna bi programm fejn tħallsu ħafna kontijiet pendenti li kellna mill-istaġuni ta’ qabel.  F’Laqgħa Ġenerali kont elenkajt, li fi żmien 4 snin irridu nġibu l-Finanzi tal-Club fis-sod.  Il-pożizzjoni tal-Club illum hija din:

  • Fuq Proġetti Kapitali, il-Club għandu dejn ta’ €30,000 (tletin elf Ewro).
  • Fuq l-Affarijiet tat-team, li jmorru lura sal-1994, il-Club għandu dejn ta’ €18000 (tmintax- il elf Ewro)

 Meta wieħed iħares lejn dawn iċ-ċifri, irid iżomm quddiem għajnejh li l-Club għamel investiment Kapitali ta’ l-fuq minn €250000 (mitejn u ħamsin elf Ewro).  Apparti il €35000 (ħamsa u tletin elf Ewro) li ġew mill-Fond tal-Kaqżi Ġusti, l-oħrajn kellhom jiġu minn Sponsorships, kera tal-Bottegin, Attivitajiet ta’ Fund Raising u Donazzjonijiet.  L-objettiv tal-Club huwa li fi żmien 3 snin jitħallas kollox.  Din hija sfida kbira, u mhux faċli, imma nemmen li flimkien naslu.  Dan ikun l-akbar suċċess li nistgħu nilħqu fit-tlett snin li ġejjin.  

 

Nibnu Team b’Talent Naduri               

 

                Kien ilu jberren f’moħħ il-Kumitat li wasal iż0-żmien li nibnu team b’talent Naduri.  Ma kienx faċli li tieħu deċiżjoni, imma ġie deċiż li għall-istaġun 2008-2009 il-Club iżomm lil Aleksandar Simoncic, kienu reġistrati żewġ players barranin ġodda li huma Branislav Timotic u Ivo Ginev, filwaqt li l-kumplament ta’ l-iskwadra huma kollha players li ħarġu min Nursery tal-Club tagħna.  It-Team ser ikompli ikum immexxi minn Mario Bonello u Salvu Rapa.                L-Appell tiegħi hu li nagħtu l-appoġġ kollhu meħtieġ u kontinwament sabiex dan it-team jimmatura u jsir l-akbar forza fil-football lokali.  Il-fatt li ġew żewġ riżultati negattivi m’għandux jaqtalna qalbna.  Perzważ li r-riżultati jibdew ġejjin.  Ejjew niġbdu ħabel wieħed.  Kuraġġ flimkien naslu. 

 

Nirbħu aktar Unuri               

 

        Għadu kmieni biex wieħed jibda jagħmel analiżi tas-saħħa u l-potenzjal tat-timijiet fl-ewwel divizjoni.  Ħafna huma ta’ l-ideja li dan l-istaġun ser ikun taqtija sħiħa għall-kampjonat, fejn Victoria Hotspurs jibdew favoriti.  Pero żgur li dan l-istaġun jista jiġi missielet possibilment bejn erbgħa jew ħames timijiet għar-rebħ tal-Unuri.  Dan jista ifisser telf ta’ ħafna punti u kulħadd jista jispiċċa biex jirbaħ il-Kampjonat.                Rigward it-timijiet l-oħta ta’ Nadur Youngsters, l-Under 21, l-Under 16 u l-Under 14 għandhom ikunu fost il-favoriti, waqt li mit-team tat-tfajliet qed nistennew li mmorru aħjar mill-istaġun li għadda.               

 

 Dan kollhu hu awgurju biex inkomplu inżidu l-Unuri fil-Club tagħna.

 

 -------------------------------------

 

Il-Fixtures tal-First team ta’ l-Ewwel u t-Tieni Round kif ukoll l-ewwel partita għat-Tazza GFA huma dawn: 

 


League Rd1 Ħamis 18.09.08 1930 Victoria Hotspurs vs Nadur Youngsters 1 - 0
League Rd1 Ġimgħa 03.10.08 1930 Nadur Youngsters vs Għajnsielem   -  
League Rd1 Ġimgħa 10.10.08 1930 Sannat Lions vs Nadur Youngsters   -  
League Rd1 Sibt 18.10.08 1600 Nadur Youngsters vs Kerċem Ajax   -  
League Rd1 Sibt 25.10.08 1600 S. K. Victoria Wanderers vs Nadur Youngsters   -  
League Rd1 Ħadd 16.11.08 1300 Nadur Youngsters vs Qala St. Joseph   -  
GFA Cup Ħadd 29.11.08 1230 Nadur Youngsters vs Munxar/Xagħra   -  
League Rd2 Ħadd 07.12.08 1430 Nadur Youngsters vs Victoria Hotspurs   -  
League Rd2 Ħadd 28.12.08 1430 Għajnsielem vs Nadur Youngsters   -  
League Rd2 Ħadd 11.01.09 1300 Nadur Youngsters vs Sannat Lions   -  
League Rd2 Ħamis 22.01.09 1900 Kerċem Ajax vs Nadur Youngsters   -  
League Rd2 Sunday 01.02.09 1500 Nadur Youngsters vs S. K. Victoria Wanderers   -  
League Rd2 Ħamis 19.02.09 1900 Qala St. Joseph vs Nadur Youngsters   -  
 

 

Nagħtu s-SAPPORT lil BENJAMINI tagħna

 

  

 

Membership u Donazzjonijiet

 

                Il-Membership għall-istaġun 2008-2009 bdiet tinġabar.  Din is-sena għandna novita li nittama li tkun waħda pożittiva.  Il-membershiup ser ikun hekk:

 
  • Membru Ordinarju  €20 (għoxrin Ewro) – kif ġiet approvata fl-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali.
  • *Silver Member   €50 (ħamsin Ewro)
  • *Gold member    €100 (mitt Ewro)
*Dawn tal-aħħar ser ikunu ntrodotti dan l-istaġun.

                Hija t-tama tagħna li minn din l-iskema ndaħħlu s-somma ta’ €7000 (sebat elef Ewro) li tkopri xagħrejn mill-ispejjeż kurrenti li jkollu l-Club.  Napprezzaw ukoll kull donazzjoni u nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-koperazzjoni tagħkom.

  

Attivitajiet

 

 27 ta’ Settembru 2008                              Tombla Speċjali  fis-Sala parrokkjali 

 

28 ta’ Settembru 2008                              Ħarġa Malta 

 

29 ta’ Ottubru 2008                                   High Tea   fis-City Pearl, Victoria 

 

20 ta’ Diċembru 2008                                Ikla tal-Milied  f’Ta’ Ċenċ Hotel 

 

23 ta’ Diċembru 2008                                Coffee Morning Speċjali tal-Milied  fis-City Pearl, Victoria

 

 

  Kompetizzjoni tal-Boċċi

 

                Hemm il-ħsieb li f’Ottubru u Novembru ssir Kompetizzjoni tal-Boċċi.  Dawn Interessati jkellmu lil Pawlu Sultana.

 

 

Lotterija Bieb-Bieb               

 

F’Ottubru u Novembru, membri tal-Kumitat ser joħorġu jqassmu l-Ktieb ‘CHAMPIONS għall-GĦAXAR DARBA’ u fl-istess waqt ser jitolbukom donazzjoni għall-Club, li ser tkun abbinata ma Lotterija f’Katina tad-Deheb. Nittama li l-Informazzjoni li wassaltilkom kienet ta’ Interess.  Il-Kumitat ser ikompli jaħdem għall-ġid tal-Football fin-Nadur u biex isem il-Youngsters ikompli jingħata l-gieħ li jixraqlu.  

 

                                                                                                                                           

                                       Eucharist Camilleri                                       
 President - NYFC
 

 

 

 
Leave your comments
Comments on Nadur Youngsters FC | Messagg mill-President 08-09 01

busy