Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor Nadur Youngsters FC Sponsor
 
Messagg mill-President 08-09 2
Thursday, 04 December 2008 02:19
Il-51 Stagun ta' Nadur Youngsters  - 08/09   -  It-Tieni Ħarga
 
 
 
Stagun Difficli:
 
Zgur li hadd ma kien jobsor li fi tmiem l-ewwel round tal-Ewwel Divizjoni, Nadur Youngsters kienu ser ikunu jokkupaw l-ahhar post fil-klassifika, bi tlett punti wara 6 partiti.  Hafna huma r-ragunijiet ta' din is-sitwazzjoni xejn felici li ghaddejjin minnhom u sincerament nghid li l-aktar bniedem dizappuntat huwa jien.  Nghid ukoll li bhala President nerfa r-responsabilita kollha tad-decizjonijiet li ttiehdu matud l-istagun.  Min jafni sew, jaf li jien bniedem li nhobb nerfa r-responsabilita fdata lili fil-Laqgha Generali Annwali.  Fiducjuz li b'rieda tajba u sforz genwin u kollettiv nohorgu minn dan il-perjodu hazin li ghaddejjin minnu.
 
 
Rizenja tal-Coach:
 
            Hija haga naturali li meta team tal-football ikun sejjer hazin ikun hemm xi caqlieq.  Hadd ma jhobb jitlef.  Kien ghalhekk li wara li t-team tal-Youngsters garrab is-sitt telfa konsekuttiva, ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Club (2 minnhom mill-istagun li ghadda) il-Coach, Mario Bonello, hass li kellhu jirrezenja mill-kariga.  Tkellemna fit-tul u b'kordjalita, b'ghaqal u b'responsabilita fl-ahjar interess ta' Nadur Youngsters, sakemm ir-rizenja kienet accettata mill-Kumitat.
            B'ebda mod ma' ghandu jerfa l-piz tar-rizultati negattivi il-Coach wahdu.  Jien dejjem emmint li team huwa compost mill-Kumitat, Coach, Players u, IVA s-Sostenituri, Membri u s-Supporters.  F'dan l-istagun inhoss li fallejna f'kull settur.  Nemmen li jrid ikun l-ghaqal li johrogna minn dan iz-zmien difficli. 
            Minn naha taghna NIRRINGRAZZJAW lil Mario Bonello, li mexxa lit-team ghar-rebh ta' Super Cup fl-istagun 2006-07, Kampjonat u Tazza Indipendenza fl-istagun 2007-08. Nirringrazzjawh u nawgurawlu fid-decizjonijiet li ser jiehu ghall-futur tieghu.
GRAZZI MARIO.
 
 
Aktar Rizenji: 
 
            Rizenji ohra li kellna gew minn tlett membri tal-Kumitat, dawn kienu tal-Vici President, Sammy Buttigieg, il-Ground Manager, Mario Pace u ta' l-membru Justin Refalo.
            Zgur li l-vojt li halla warajh Sammy Buttigieg fil-Kumitat u fil-klan Naduri huwa kbir hafna u huwa vojt li difficli jimtela.  Kien bniedem li ilhu snin twal fil-Kumitat.  Cert li l-prezenza tieghu kienet saret xi haga sinonima mal-Club tant ghal qalbu.  Inkunu nonqsu bil-kbir jekk ma nirringrazzjawhx tax-xoghol li wettaq fil-Club matul is-snin.
GRAZZI SAMMY.
 
            Daqqa ta' harta ohra kienet ir-rizenja ta' Mario Pace u Justin Refalo, it-tnejn minhabba pressjoni ta' xoghol.  Mario Pace kien il-Ground anager fejn l-organizzazzjoni tieghu kienet impekkabbli.  Ilu jokkupa din il-kariga tlett snin, fejn dejjem ha hsieb li jzomm il-Ground ‘Peter Paul Camilleri' fl-ahjar kundizzjoni.
            L-istess nistghu nghidu ghal Justin Refalo, li b'mod partikulari fl-istagun li ghadda kien irnexxielu jghaqqad il-Grupp tal-Briju, grupp li kien jiehu hsieb izejjen il-Ground u jorganizzaw is-support u l-Briju ghall partiti importanti. 
Lilkom, MARIO u JUSTIN ...GRAZZI.

 


Ħatriet Ġodda:
 

            Naturalment bhall issa l-Kumitat huwa nieqes mill-membri u ghalhekk nappella biex kull min ghandu ghal qalbu l-interess ta' Nadur Youngsters u jista jkun ta' ghajnuna, jersaq il-quddiem sabiex inkunu nistghu nimlew il-postijiet vakanti.  Hawn nixtieq nawgura lil Emanuel Camilleri, li rega accetta li jkun membru fil-Kumitat.
 

 
Nursery:
 

            Fattur Pozittiv huwa in-Nursery li ghal darb'ohra hija mmexxija min Joe Portelli.   Ghalkemm, anke s-sena, kellna xi zewg kazijiet izolati fejn jirrigwardja r-registrazzjoni tal-players mal-Club.  Kull Club tal-Football ikollu l-intenzjoni li jtella tfal tajbin bizzejjed biex ikunu parti mit-team tal-Kbar.  Thoss ghafsa ta' qalb meta kazijiet izolati bhal dawn, xi ndividwi jibdew jaraw l-interess personali u jinsew dak kollhu li jkun inghata lilhom b'hafna sagrificcju.  Sincerament nghid li min ghandu l-interess personali qabel l-interess tal-Club taghna, mhux posthu fit-team taghna.
 
            Nifrah lil Coach tal-Under 14, Mario Portelli, li b'team gdid, qed jerga jaspira li jirbah il-kampjonat.  Sa issa laghbu sitt loghbiet u rebhuhom kollha. L'uniku team bla Telfa.  Proset Mario. Keep up the Good Work.
 
             It-team tal-Under 17 huwa mmexxi min Joe Portelli.  Dan it-team ghandu hafna players validi li fil-futur ser ikunu l-pedament tat-team tal-Kbar. Diga Jonathan Said qed ikun utilizzat u jidher li ghandu future sabih quddiemu.  L-istess jista jinghad ghall player Ryan Meilak, li issa ser jibda jinzel mat-18 tal-Kbar.  Zgur li din il-lista ser tkompli tikber.  Fil-Kampjonat tal-Under 17, it-team taghna rebah zewg loghbiet u tilef wahda, pero nemmnu li xorta jistghu jibqghu jisfidaw ghar-rebh tal-Kampjonat.
 
            Din is-sena l-Kampjonat tal-Under 21 qed isir fil-ground tax-Xaghra u qed jintlaghab fil-forma ta' 9-a-side.  Dan qed isir peress li x-xoghol fuq il-ground ta' Sannat ghadu mhux lest.  Sa issa dan it-team, taht il-gwida ta' Anthony Portelli u Salvu Rapa, irnexxielu jirbah iz-zewg loghbiet tieghu.   Awgurju tajjeb biex ikunu wkoll fost l-isfidanti ghat-titlu f'din il-Kategorija.
 
            Inkun nonqos jekk ma nsemmix lit-team tat-Tfajliet, li ghalkemm tilfu z-zewg loghbiet taghhom sa issa, jidher li hemm aktar entuzjazzmu mill-istagun li ghadda.  Grazzi ghall-Coach, Tonio Grech, li b'serjeta u dixxiplina kbira ha dan it-team f'idejh. Nemmnu li r-rizultati mixtieqa qeghdin fil-qrib.

 


Membri:
 

            Kif konna habbarnielkom fi newsletter ohra, bdejna nigbru l-Membership ghall-istagun 2008-09.  Bhala Membri ordinarji diga hallsu 35 membru (mill-100 tal-istagun l-iehor).  Dahhalna Tlett skedi:
                                       a. Gold Member                  €100
                                       b. Silver Member                €50
                                       c. Member                          €20
 
Sa issa, Gold Members hemm Joseph Portelli, Emanuel Camilleri, Eucharist Camilleri, Carmel  Falzon u Joe Camilleri, filwaqt li hemm Peter P. Camilleri bhala Silver member.
            L-Objettiv taghna kien li nigbru €7000 min dawn l-iskemi.

 

Attivitajiet tal-Milied:
 

            Infakkrukom fl-IKLA tal-MILIED li ser issir f'TA' CENC HOTEL, nhar is-SIBT 20 ta' DICEMBRU u fil-COFFEE MORNING SPECJALI tal-MILIED li ser isir it-TLIETA 23 ta' DICEMBRU fis-City Pearl, Victoria.
 
 

Lotteriji:
 

            Bhal issa ghaddejjin bil-LOTTERIJA tal-Katina tad-DEHEB u ser ikollna wkoll Lotterija fil-HAMPER TAL-MILIED.
 
            It-Tfal tan-Nursery ser jinghataw 15-il builjett tal-Katina tad-Deheb.  Il-Biljetti ser ikunu:  1(Wiehed) €2;    3 (tlieta) €3
It-tfal li jbieghu 15-il biljett, ser jinghataw t-Shirt b'xejn tal-50 Anniversarju tal-Club.  Id-dhul mill-Lotterija ser ikun biex jithallas il-Kont tal-Mini Bus.  Grazzi bil-Quddiem.
 

 
Gheluq:
 

            Inharsu l-quddiem b'fiducja u b'ottimizmu.  Il-Kumitat qed jaghmel il-hila tieghu kollha biex nakwisstaw player barrani li jaghmel id-differenza.  Hawn nixtieq nirringrazzja lil Joseph Portelli u lil Emanuel Camilleri ghall-appogg morali li qed jaghtu lit-team.  Grazzi specjali tmur ukoll lil Anthony Portelli u Salvu Rapa li qed jaghmlu dak kollu possibbli biex naqilghu lit-team mill-ahhar post.  Huwa minnu li fl-ewwel round hadna biss 3 punti, pero d-distakk mill-ewwel post huwa biss 8 punti, u b'rebha fil-loghba li jmiss nitilghu f'nofs il-klassifika.
            Nahdmu flimkien u r-rizultati pozittivi li mdorrijin bihom jibdew gejjin. 

 
Min-naha taghna NAWGURAW IL-FESTI T-TAJBA LILL-KULHADD
 

                                                                                          Eucharist Camilleri
                                                                                          President - Nadur Youngsters

 
Leave your comments
Comments on Nadur Youngsters FC | Messagg mill-President 08-09 2

busy