| Nadur Youngsters Jirbhu L-ewwel Edizzjoni tas-Sannat Tournament |
| Wednesday, 26 August 2009 13:02 |
|
Sannat Tournament - Matchday 3 Sannat Lions - 3 vs Nadur Youngsters - 5 - by Jake Meilak In-Nadur Youngsters komplew jiddominaw bit-tielet rebha taghhom fis-Sannat Tournament kontra it-tim ta’ Sannat. F’din il-loghba l-Youngsters urew il-prudenza taghhom waqt il-loghob u komplew jikkonfermaw li l-players tan-Nadur huma fost dawk l-aktar promettenti. Il-loghba bejn Nadur u Sannat bdiet fuq nota kemm xejn kajmana. Kien propjament fil-hmistax il-minuta fejn Anthony Portelli fetah l-iskor wara kross ta Kyle Russell. Kien biss hames minuti wara fejn Sannat kellhom l-ewwel opportunita ta’ skor meta waqt kontrattak il-goaler tan- Nadur Steve Sultana johrog hazin u Nico, il-barrani ta Sannat, jixxutja f’lasti vojta izda fortunatament isib lil Peter Buttigieg li dan isalva minn fuq il-linja. In-Nadur Youngsters jirdoppjaw fis-26 minuta wara li Kyle Russell jaghti kross min mall-linja lejn Anthony Portelli li dan jara x-xutt tieghu ikun salvat mill-goaler ta’ Sannat Bajada u mir-reabound Claudio Antunes jixhet fix-xibka ghal-skor ta’ Sannat-0 Nadur-2. Fl-40 minuta Nadur imorru 3-0 minn fuq wara li Kyle Russell jaghti minn mal-linja lejn Anthony Portelli li dan jerga jikkrosja lejn in-nofs fejn isib lil siehbu Josef Buttigieg li bla tbatija ta’ xejn jixhet fix-xibka. Fl-ahhar mumenti ta’ l-ewwel taqsima l-Youngsters kellhom opportunita’ ohra ta’ skor fejn wara through pass ta’ Alex Simoncic, Kyle Russell jaghmel harba tajba u jirnexxilu jelgheb id-difiza Sannatija pero min ftit metri, wara li dan gie wahdu mal-goaler, ifalli bi ftit. Il-bidu tat-tieni taqsima kien jixbah lil dak ta’ l-ewwel, bi ftit opportunitajiet gol-grownd. Wara zball fid-difiza ta’ Sannat, il-ballun jigi f’ saqghejn Claudio Antunes li dan jara x-xutt tieghu jigi salvat mil-goaler. Fit-22 minuta tat-tieni taqsima, Sannat naqsu l-iskor permezz ta’ penalty moghti min Nico. Wara hafna loghob f’nofs il-grownd Nadur ghamlu l-iskor 4-1 permezz ta Claudio Antunes wara through pass ta Josef Buttigieg. Fl-44 minuta Sannat jinghataw penalty iehor li l-istess Nico jerga jixhet fix-xibka. Fis-47 minuta azzjoni personali ta’ Claudio Antunes li dan jixhet lejn Josef Buttigieg li mill-vicin jixhet fix-xibka u jissigilla r-rebha ghall-Youngsters bi skor finali ta’ 5-3. Ir-referee ta’ din il-loghba kien Anton Zammit. Sannat Lions vs Nadur Youngsters 3-5 |