| Nadur Youngsters F.C. Press Release |
|
|
|
| Thursday, 19 November 2009 23:08 |
|
17 ta' Novembru 2009 Nadur Youngsters fl-ewwel post Meta ghad jonqos ftit loghob biex jintemm l-ewwel round, Nadur Youngsters ser jispiccaw fl-ewwel post bi tnax-il punt. Nadur Youngsters jistghu jintlahqu minn Victoria Hotspurs u minn S.K.V.W. Dan jiddependi kif ser jigu l-loghbiet rispettivi taghhom. Hotspurs kontra Kercem Ajax u l-Wanderers kontra Sannat Lions. Bidu mill-aqwa ghall-Youngsters L-ewwel tliet loghbiet zvolgew fi tliet rebhiet, dik ta’ 1-0 kontra Xewkija Tigers, 5-1 kontra Kercem Ajax u rebha drammatika ta’ 4-3 kontra l-girien taghna Ghajnsielem. Kienu tliet loghbiet fejn wera bic-car l-ambizzjonijiet tal-Youngsters. Dak li nissieltu mill-gdid ghall-aqwa unur wara stagun medjokri tal-2008/2009. Zewg Telfiet Infila Wara dan il-bidu, zgur li hadd ma stenna zewg telfiet kontra t-teamstar-Rabat. L-ewwel kontra Victoria Hotspurs bl-iskor ta' 3-0 u l'ohra kontra S. K. Victoria Wanderers bl-iskor ta' 2-1. L-iktar wahda dizappuntanti kienet dik ta' kontra l-Hotspurs, fejn fil-ground kien hemm team wiehed, u t-telfa setghet kienet akbar. Kien imiss l-Wanderers u l-istess bhal loghba ta' qabilha tlifna bl-ikor ta' 2-1. Rizultat lil mhux stampa cara tal-loghba fejn seta' kien ferm akbar. Rebha Kbira Zgur li hadd ma stenna rebha ta’ 6-2 kontra Sannat Lions, specjalment wara li fi tmiem l-ewwel taqsima l-iscore kien ta’ 2-0 favur Sannat. Fit-tieni half it-team qam ghall-okkazzjoni u wara goal kmieni, waslu hamsa ohra fi spazju ta’ hamsa u ghoxrin minuta. Rebha li regghet imlietna bil-kuragg. Rebha li biha baghtna messagg car tal-ambizzjonijiet u l-potenzjal tat-team taghna.
Inzommu saqajna mal-art Ghadu kmieni wisq. It-timijiet huma kollha tal-istess livell u fil-gurnata tieghu kulhadd jista’ jaghti gambetta lil kulhadd. Zgur li ser ikun kampjonat missielet, fejn is-sorprizi mhux ser jonqsu. Nittamaw li nzommu saqajna mal-art u bhalha President, aktar minn qatt qabel, ser nesigi hafna fuq id-dixxiplina tat-team. B’maturita u b’ghaqda nistghu naslu. Haddiehor hu b’sahhtu daqsna u rridu nkunu preparati ghal kull maltempata li nistghu niltaqghu maghha. Jekk inzommu saqajna mal-art naslu.
Kooperazzjoni minn kulhadd F’dan l-istagun qed nappella ghal aktar kooperazzjoni biex jintlahqu l-miri taghna. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil President tal-Banda Mnarja u lil Kumitat tal-kooperazzjoni li qed insibu fejn jidhlu l-attivitajiet taz-zewg organizzazjonijiet, li t-tnejn li ahna niddependu minnhom. Nittama li ghaqdiet ohra jimxu fuq l-istess passi. Huma hafna li jikkoperaw. Nittama li jasal il-mument li l-ghaqdiet kollha jaslu fi ftehim biex wiehed ma jtellifx lil iehor.
Talba lill-Ghaqdiet kollha Qed naghmlu appell lil ghaqdiet kollha tar-rahal biex sa fejn hu possibbli nhallu l-ahhar Erbgha ta’ kull xahar ghan-Nadur Youngsters. F’din il-gurnata l-club ser jorganizza High Tea, jew inkella Coffee Morning, minn Novembru sa April 2010. Nittama li ma jkunx hemm min jaghmel attivita simili qrib l-attivita taghna. Jekk nahdmu flimkien igawdi kulhadd.
Membership
Bhalma habbarna fl-ewwel newsletter, is-sena ergajna ghamilna l-iskema tal-membri li huma hekk: Gold: €100 Silver: €50 Bronze: €20 Dawn huma l-membri li dahlu sal-15 ta’ Novembru:- Gold: Joseph Portelli (Portelli Projects); Emanuel Camilleri (L&R); Eucharist Camilleri; Joe Camilleri; Lino Camilleri; Joe Portelli; Anthony Curmi; Joe Attard; Joe Mercieca; Carmel Falzon, N.N.; Sammy Grech. Silver: Per P. Camilleri, Gerita Pisani, A. Borg, Charlie Camilleri. Bronze: John Azzopardi; Paul Cauchi; Paul Said; Frank Abela; Anthony Portelli; Martin Aquilina; Joe Camilleri; Jesmond Bugeja; Pawlu Meilaq; Harry Vassallo; Mick Cardona; Salvu Cauchi; Maria Cauchi; Peter Demanuele; Kan Dun Salv Pace; Kitty Pace. Nittama li din il-lista tkompli tikber, fejn ix-xewqa taghna hi li jkollna qrib il-mitejn membru. Nifhem li z-zminijiet ta llum huma difficli. Nifhem ukoll li kulhadd ikollu l-ispejjez tieghu. Izda perswaz li dawk li verament ihobbu l-Youngsters jaghmlu l-parti taghhom u jhallsu l-membership. Hekk tkun membru haj u tkun qed ittaffi mill-ispejjez kbar li ghandu l-Club.
Kalendarju 2010 Ghall-bidu ta’ Dicembru ser johrog il-kalendarju ufficjali tal-Club. Kalendarju b’hafna ritratti tal-passat u dawk ricenti. Ser tintalab donazzjoni biex inkopru ftit mill-ispejjez. Hawn pubblikament nghid grazzi lil dawk kollha li hadmu fuq dan il-kalendarju. Minghajr l-ghajnuna taghhom ma kienx ikun possibbli li naghmlu kalendarju professjonali li jixraq lill-club taghna.
Attivitajiet li jmiss
L-Erbgha, 25 ta’ Novembru ser isir High Tea fis-sala parrokkjali. Niehu l-opportunita biex nirringrazzja lil Maria Muscat (Rabokk) u lil Mekren Bakery li fil-High Tea’s ta’ Settembru u Ottubru sponsorjaw il-panini tal-High Tea. Il-prezz ser ikun ta’ €12 kollox inkluz. L-ikel b’xejn ghal kulhadd. Il-Gimgha, 18 ta’ Dicembru: L-ikla annwali tal-Milied, Ghal darba ohra ser issir f’Ta’ Cenc Hotel. Biljett Kbar €25 u tfal €18. It-tfal prezenti jinghataw rigal minn Father Christmas.
L-Erbgha, 30 ta’ Dicembru fl-4.30 p.m. High Tea specjali tal-ahhar tas-sena. Biljett jiswa €15 kollox inkluz u b’hafna rigali u tombli kbar.
Aktar attivitajiet Bejn it-18 ta’ Dicembru u l-Ewwel tas-Sena ser isiru aktar attivitajiet. Fosthom loghba football fil-Peter Paul Camilleri Ground. Nadur Youngsters 94/95 kontra Xaghra United 94/95. Parties ghat-tfal tan-Nurseries; siegha adorazzjoni; Happy Hour il-Kazin ghall-membri u l-Kumitat. Il-Milied huwa zmien ta’ ferh. Ninghaqdu flimkien biex niccelebraw ma’ xulxin. Bhal issa qed jinhadem il-programm. Aktar ‘il quddiem johrog ufficjalment.
Gheluq Nittama li b’din in-newsletter taghjnikom stampa cara ta’ x’inhu ghaddej mill-club taghna. Minn zmien ghal zmien inzommkhom infurmati b’dak kollu li nkunu ghaddejjin minnu u perswaz, li l-kooperazzjoni u l-generozita taghkom mhux ser tonqos.
Karistu Camilleri |