| Prezentazzjoni tal-Isponsors, Team u Kits |
| Tuesday, 19 October 2010 07:20 |
|
PREZENTAZZJONI TAL-ISPONSORS, TEAM U KITS - STAGUN 2010/2011
SPONSOR UFFICJALI J. PORTELLI PROJECTS
Dan huwa l-Main Sponsor. Grazzi specjali lil Joseph Portelli ghas-sosten tieghu lill-Club ta’ Nadur Youngsters. Zgur li qatt ma nistghu nkunu grati bizzejjed lejn dan l-bniedem li dejjem kien minn ta’ quddiem biex jghinha nwettqu l-progetti taghna. GRAZZI JOSEPH.
Apparti l-isponsor ufficjali bi pjacir nhabbrilkom ukoll lli bhala co-sponsors ghandna lil L&R Car Hire, Rabokk Pizzeria u Cut Above. GRAZZI ukoll tmur lill- Emanuel u Rita Camilleri ta’ L&R Car Hire, lil Michelle u Kevin Vella ta’ Cut Above ulil Peter Paul u Marija Muscat ta Rabokk Pizzeria, li b’donazzjonijiet kontinwi stajna matul l-ahhar staguni nixtru l-ahjar kits possibli ghall-players taghna. Din in-Newsletter qed tkun bhala stedina ghal nhar l-Gimgha 22 ta’ Ottubru fit 8.30 p.m. fil- Blue Moon Pub Mgarr. Grazzi hawn lill-Manuel Sultana ta’ Huan Yuan li ser jiprovdilna l-ikel b’xejn ghal din l-okkazjoni. Nittama li tinghaqdu maghna ghal din l-okkazjoni, fejn ser nipprezentaw l-akkwisti l-godda, bil-kits l-godda flimkien mal-isponsors. Ippermettuli nfakkar fil- Membership 2010/2011: Gold Member €100, Silver Member €50, Regular Member €20 Navzakhom ukoll fil- High Tea li ser isir fis Sala Parrokkjali nhar l-Erbgha 27 ta’ Ottubru b’ Tombla Specjali.
Xtaqt nwasslilkom ukoll li n-Nadur Youngsters qed niehdu sehem fit-Tielet Divizjoni tal-MFA f’isem il- Gozo F.C. Dan qed naghmluh biex aktar players zaghzagh taghna jiksbu aktar esperjenza. Fil fatt fit-12 ta’ Novembru ghandna loghba f’Malta u ghalhekk ddecidejna li norganizzaw weekend break bejn 12 – 14 ta’ Novembru. Dawk interessati jinghaqdu maghna jkelmuna malajr ghax l postijiet huma limitati. Nigu lura mal vapur ta’ 12.00, halli nkunu nistghu nippartecipaw ukoll fil- festa ta’ San Koronatu.
Nirringrazzjakom bil-quddiem u nitlob l-koperazzjoni taghkom.
Karistu Camilleri President |